Study

Siġar u Pjanti

  •   0%
  •  0     0     0

  • X'jisimha u fejn tinsab l-ikbar foresta fid-dinja?
    Jisimha l-Foresta Amazon u tinsab fl-Amerika t'isfel (l-aktar fil-Brażil).
  • Il-Frawla tagħmel iż-żerriegħa tagħha fuq barra tal-frotta. Xi kemm ikun hemm żerriegħa ma' frawla waħda? 65; 200; 330; 500.
    Frawla medja jkollha madwar 200 żerriegħa magħha.
  • X'jisimha l-pjanta nazzjonali ta' Malta?
    Widnet il-Baħar
  • Veru jew Falz? Teżisti siġra fil-foresti tat-Tajlandja li kapaċi titkellem billi tagħmel ħoss biz-zkuk tagħha u tibgħat messaġġ lil siġra oħra tal-istess speċi.
    Falz. Din hija invenzjoni totali tal-għalliem tagħkom!
  • Kemm hu t-tul tal-itwal siġar fid-dinja? (55m; 88m; 116m; 161m)
    Il-Coast Redwood tikber 116m.
  • X'jisimha s-siġra nazzjonali ta' Malta?
    Għargħar
  • Fejn jikbru l-aktar dawn it-tip ta' pjanti?
    Fid-deżerti sħan.
  • Din hija s-siġra tal-Bambu. Liema annimal iħobb jiekol ħafna minnha?
    Il-Panda jiekol bejn 12 u 38 kilogramma ta' bambu kuljum!
  • Veru jew Falz? Il-frotta "Pineapple" ingħatat dan l-isem minn esploraturi Ewropej li rawlha l-forma ta' "pinecone" u fuq ġewwa bħal ta' tuffieħa.
    Veru
  • Veru jew Falz? Jeżistu aktar minn 80,000 speċi ta' pjanti li tista' tiekol.
    Veru
  • X'għandu x'jaqsam Sir Isaac Newton mas-siġar (tat-tuffieħ)?
    Kien bis-saħħa ta' tuffieħa li waqgħet minn siġra tat-tuffieħ li Sir Isaac Newton wasal għat-teorija tal-gravita'.
  • Din hija pjanta tajba ħafna għal ġewwa għax tagħti ħafna arja tajba u tieħu l-ħażina. Din hi: l-Aloe Vera; is-sardinella; il-kaktus?
    Aloe Vera